Navigate Up
Sign In

ILMENTI

Artiklu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) joffri l-possibilit li jsir ilment dwar il- Programm ta’ Investitur Individwali.  Fil-qofol tiegħu dan jagħti d-dritt lir-Regolatur li jagħmel investigazzjonijiet relatati.

Peress li l-Att jagħmilha ċara li dawn l-ilmenti iridu jsiru f’mod preskritt, preżentament qed isiru diskussjonijiet bejn ir-Regolatur, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u persuni/gruppi ewlenin interessati.  Meta dan l-istadju jiġi konkluż hu mistenni li jiġi ppubblikat u jidħol fis-seħħ l-istrument legali.  Sussegwentement persuni li jħossuhom aggravati jkunu jistgħu jissottomettu ilment lir-Regolatur.

Iktar informazzjoni titpoġġa fuq dan is-sit meta jkun hemm iktar żviluppi fuq dan il-proċess.

INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt

Uffiċċju tar-Regolatur
għall-għoti taċ-ċittadinanza għal servizzi eċċezzjonali
It-Tieni Sular, Binja Evans,​
Triq il-Merkanti
Valletta​

 Telefon
+356 25689381​

 Imejl