Navigate Up
Sign In

​​INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt

Uffiċċju tar-Regolatur
Programm ta' Investitur Individwali
It-Tieni Sular, Binja Evans,​
Triq il-Merkanti
Valletta​


 Telefon
+356 25689381​

 Imejl

MISTOQSIJIET LI JSIRU TA’ SPISS

Liema oqsma jaqgħu taħt l-iskrutinju tar-Regolatur?

Preżentement ir-Regolatur jimmoniterja l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Investitur Individwali.  Mhux eskluż li hu jingħata iktar funzjonijiet.  Fil-fatt, skont Artiklu 25(4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) il-Prim Ministru jista’, b’Regolamenti, jassenja lir-Regolatur kull funzjoni oħra li jkollha x’taqsam ma’ ċittadinanza.

Lejn min hu responsabbli r-Regolatur?

L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jagħmilha ċara li r-Regolatur ma jistax ikun soġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorit oħra.  Madanakollu, jekk mitlub, hu jkun obbligat li jattendi l-Kumitat ta’ Monitoraġġ (presjedut mill-Prim Ministru u li fih hemm ukoll il-Ministru responsabbli miċ-Ċittadinanza Maltija u l-Kap tal-Oppożizzjoni) u jirrapporta lejn il-Membri. 

Ir-Regolatur għandu l-poter li jirrevedi deċiżjonijiet meħuda mill-Ministru dwar l-ogħti jew iċ-ċaħda ta’ applikazzjonijiet magħmula taħt l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija?

Le.  L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jagħmilha ċara (f’Artikolu 19) li d-deċiżjoni tal-Ministru ma tistax tkun soġġetta għal appell jew reviżjoni.

Jekk ikun hemm xi perjodu li fih ma jkunx hemm Regolatur appuntat, min jaqdi din il-funzjoni?

Artiklu 25(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jgħid li meta r-Regolatur ma jkunx appuntat, l-Ombudsman għandu jaġixxi ex officio bħala Regolatur.​

Ir-Regolatur jippubblika rapporti fuq dak li jkun sab fl-investigazzjonijiet tiegħu?

Iva.  Primarjament hu responsabbli sabiex jikkompila rapport annwali​ fuq il-qadi tal-funzjonijiet tiegħu.  Kopja ta’ dan ir-rapport annwali titpoġġa sussegwentement fuq il-Mejda tal-Kamra.  Barra minn hekk, kull meta jinħass il-bżonn, hu għandu l-fakoltà li jirrapporta lill-Ministru fuq kwalunkwe kwistjoni relatata.