Navigate Up
Sign In

LIBERTÁ TAL-INFORMAZZJONI

L-Att dwar il-Liberta' tal-Informazzjoni (LTI) (Kap 496) jagħti l-possibilit lil persuni eliġibbli sabiex jissottomettu talbiet LTI lil awtoritajiet pubbliċi stabbiliti.  Bħala waħda mill-Awtoritajiet Pubbliċi desinjati, l-Uffiċċju tar-Regolatur, Programm ta' Investitur Individwali (URpii) hu marbut mal-proviżjonijiet ta’ dan l-Att (inkluż leġislazzjoni sussidjarja relatata) sabiex jipprovdi informazzjoni dwar (iżda mhux esklussivament limitata għal) ir-responsabbiltajiet tiegħu, il-kategoriji ta’ dokumenti li għandu u informazzjoni dwar kif membri tal-pubbliku ikunu jistgħu jissottomettu talbiet LTI.

Hawnhekk għandek issib iktar informazzjoni dwar l-URpii.

Il-kategoriji ta’ dokumenti miżmuma mill-URpii huma:​
 

                                              a) Rapporti magħmula mir-Regolatur fuq il-programm tal-investitur Individwali 

                                              b) Korrispondenza li jirċievi jew jibgħat ir-Regolatur

                                              ċ) Dokumenti relatati ma lmenti li jirċievi r-Regolatur

                                              d) Listi ta' kontrolli wżati mill-URpii sabiex jiġu ċċekkjati l-applikazzjonijiet

                                              e) Dokumenti ta HR konnessi mal-impjegati tal-URpii

                                              f) Kopji ta' leġislazzjoni relatata (kemm prinċipali kif ukoll sussidjarja) 

 

Sa issa l-URpii m’għandux manwali (jew dokumenti simili) li fihom policies, prinċipji, regoli jew linji gwida li permezz tagħhom jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward ta’ membri tal-pubbliku.

Fil-kas ta’ talba LTI, hu relevanti li wieħed jinnota dan li ġej:​

Sabiex persuna tkun eliġibbli biex tissottometti talba LTI, din trid tkun residenti f’Malta (u tkun ilha hekk għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin).  Tali persuna trid tkun ċittadin jew ta’ Malta jew ta’ stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ kull stat ieħor li ċ-ċittadini tiegħu għandhom dritt, bis-saħħa ta’ trattat bejn dak l-Istat u l-Unjoni Ewropea, li f’Malta jiġu trattati bl-istess mod bħal ċittadini ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea.

Applikazzjonijiet (jew ilmenti) għandhom jintbagħtu f'format elettroniku b'imejl (fl-indirizz oriip.mhse@gov.mt) jew permezz tal-formola "Ikkuntattjana" jew direttament mill-Websajt tal-Libertà tal-Informazzjoni.  Fil-kas tal-Websajt tal-Libertà tal-Informazzjoni, applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu hawn filwaqt li lmenti jistgħu jintbagħtu hawn​.
 

Il-ħinijiet ta’ ftuħ tal-URpii huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa:​

 

                                               - Bejn l-1 t’Ottubru u l-15 ta’ Ġunju:             7:45am - 12:30pm; 1:15pm - 5:15pm

                                               Bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru:      7:30am - 1:30pm​

                                     

 

 
Meta jimlew l-applikazzjoni applikanti jkunu meħtieġa li, apparti milli jipprovdu dettalji ta’ fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, jagħtu indikazzjoni tad-dokument/informazzjoni li jixtiequ jottjenu.  Ikunu jridu anke jindikaw il-format li fih ikunu jixtiequ jirċievu d-dokument/informazzjoni – jew bħala kopja pprintjata, kopja elettronika, f’forma ta’ estratt tal-kontenut jew permezz ta’ spezzjoni, fuq il-post, tad-dokument/informazzjoni mitlub/a. 

Fis-sustanza, wieħed ikun jista jitlob għal kull oġġett miżmum mill-URpii u li fuqu kienet irreġistrata informazzjoni fi kwalunkwe forma, inklużi data elettronika, immaġni, mudelli skont skala u rappreżentazzjonijiet viżwali oħrajn, u reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjow, irrispettivament jekk l-informazzjoni tistax tinqara, tidher, tinstama’ jew tinġieb lura bl-għajnuna ta’ xi oġġett jew apparat ieħor jew mingħajr din l-għajnuna.  Barra minn hekk persuni eliġibbli għandhom id-dritt li jitolbu informazzjoni (f’forma ta’ dikjarazzjoni bil-miktub) fuq deċiżjoni jew rakkomandazzjoni magħmula fuqhom jew fuq xi korp ġuridiku li jkunu qed jirrappreżentaw.

Talbiet LTI ikunu kkonfermati bil-miktub mill-URpii permezz ta’ acknowledgement.  Dan id-dokument ikun jinkludi numru ta’ referenza uniku u indikazzjoni ta’ data sa meta għandha tingħata tweġiba.  Il-formola tkun tinkludi wkoll informazzjoni speċifika relatata mal-URpii, bħall-indirizz, numru tat-telefon, indirizzi tal-imejl, ħinijiet tal-ftuħ u anke dettalji tal-proċeduri interni dwar ilmenti. 

Meta tirċievi l-formola tal-applikazzjoni l-URpii jivverifika jekk din tikkwalifikax bħala talba LTI u jinforma lill-applikant f’każ li ma tikkwalifikax.  Jekk jirriżulta li jkun hemm bżonn ta’ informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali l-applikanti jkunu kkuntattjati mill-URpii u jingħataw kull għajnuna possibbli sabiex jiġi assigurat li t-talba tkun skont il-proviżjonijiet tal-Att.  Madanakollu, meta jibagħtu talba LTI, applikanti m’humiex marbuta li jipprovdu xi ġustifikazzjoni għalfejn ikunu qed jitolbu għal dokumentazzjoni jew informazzjoni partikolari.

L-URpii jivverifika wkoll jekk fil-fatt għandux kopja tad-dokument jew informazzjoni mitluba.  Jekk le l-URpii jipprova jidentifika lil liema entit għandha tintbagħat it-talba u jittrasferixxi l-applikazzjoni lilha (u fl-istess ħin jinforma lill-applikant).  L-applikant jiġi nformat ukoll jekk ma tiġi identifikata ebda entit oħra (jiġifieri d-dokument jew informazzjoni ma jkunu abbinati ma ebda awtorit pubblika oħra).

Meta jistabbilixxi li l-applikazzjoni tikkwalifika bħala talba LTI u li tista’ tiġi indirizzata minnu, l-URpii jiddetermina jekk ikunx jista’ jagħti aċċess għad-dokument/informazzjoni mitluba (kollha jew parti minnha) jew jekk hu għandux jirrifjuta t-talba.  Qabel ma jieħu deċiżjoni, l-URpii jikkunsidra jekk tkunx tapplika xi eżenzjoni imniżżla fl-Att dwar il-Libert tal-Informazzjoni.  Fi żmien għoxrin ġurnata ta’ xogħol mid-data ta’ meta jirċievi t-talba (b’estensjoni possibli sa massimu ta' erbgħin ġurnata xogħol), l-URpii jinforma lill-applikant jekk din intlaqgħetx jew le.​

Meta jibgħat ir-risposta lill-Applikant, l-URpii jindika jekk japplikawx xi ħlasijiet.  Jekk iva, dawn il-ħlasijiet ikunu qed ikopru biss l-ispejjeż li jsiru sabiex id-dokument jingħata lill-applikant, jiġifieri siegħat ta’ xogħol marbuta mal-ipproċessar, spejjeż ta’ fotokopji/faxes u midja diġitali u spejjeż marbuta ma’ spezzjoni tad-dokument/i.  Madanakollu il-ħlas totali li jrid isir ma jaqbiżx l-€40.  Ebda ħlas ieħor ma jintalab jekk jintbagħtu applikazzjonijiet jew ilmenti.  Ħlasijiet huma regolati minn A.L. 158 tal-2010.

 
Jekk Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bit-tweġiba li jingħata mill-URpii dwar it-talba, dan ikun intitolat li jibgħat ilment.  Fi żmien għaxart ijiem mid-data ta' meta jirċievi l-ilment l-URpii jibgħat it-tweġiba tiegħu dwar id-deċiżjoni li jkun ħa fuqu.

Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa mhux sodisfatt bit-tweġiba mogħtija, hu/hi jista’/tista’ tagħmel appell għand il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.  

JJJJJJekk eventwalment l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bir-risposta li jingħata, ikun jista’ jappella quddiem it-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u, sussegwentement, quddiem il-Qorti tal-Appell.

Ilmenti jistgħu jintbagħtu għal dawn ir-raġunijiet:

                                    ·     It-talba ma ġietx ikkunsidrata bħala talba LTI

​                                    ·    L-URpii applika estensjoni għall-għoxrin ġurnata ta’ xogħol stabbiliti bħala                                                                 terminu ta’ skadenza sabiex l-applikant jiġi nformat jekk hux se jingħata                                                                      aċċess għad-dokument/informazzjoni mitluba.

                                    ·    L-URpii qed jitlob ħlas li hu kkunsidrat bħala eċċessiv.
 

                                    ·    Id-dokument mhux qed jingħata fil-forma mitluba.

                                    ·     It-talba ġiet rifjutata.

Wieħed jista’ jibgħat ilment ukoll jekk l-URpii ma jirispettax it-terminu ta’ skadenza ta’ 20 ġurnata xogħol (jew it-terminu ta’ skadenza indikat fin-notifika ta’ estensjoni, jekk dan hu applikabbli) sabiex tintbagħat tweġiba.

Meta l-URpii jinforma lill-Applikant li se jingħata aċċess għad-dokument/informazzjoni, l-Applikant jiġi mitlub li jħallas il-pagament (jekk dan hu applikabbli).  F’dan l-istadju l-URpii jista’ jaċċetta biss ħlas permezz ta’ ċekk (jiġifieri mhux flus).  Dawn għandhom ikunu pagabbli lis-“Segretarju Permanenti Ewlieni, Uffiċċju tal-Prim Ministru”.  

Jekk ċekkijiet jintbagħtu bil-posta dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz indikat iktar ‘il fuq.  Jekk mill-banda l-oħra, l-applikant ikun jixtieq jgħaddi ċ-ċekk direttament, jista’ jiddeċiedi li jmur fiżikament jew fid-Direttorat għall-Finanzi u l-Amministrazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fl-Uffiċċju tal-URpii u jiddepożita ċ-ċekk hemm.  Fi kwalunkwe każ, ċekkijiet jgħaddu għand l-imsemmi Direttorat għall-Finanzi u l-Amministrazzjoni sabiex jiġu pproċessati u sabiex tinħarġilhom riċevuta.  Fi żmien għaxart ijiem wara li jsir il-ħlas l-URpii jipprovdi d-dokument/informazzjoni fl-istess forma li jkun talab l-applikant oriġinarjament u, jekk dan mhux possibbli, fi kwalunkwe format ieħor li l-URpii jidhirlu li hu xieraq.  Applikanti li jissottomettu talba permezz tal-portal tal-LTI (www.foi.gov.mt) ikollhom il-possibilit li jniżżlu d-dokument jew informazzjoni direttament mis-sit.

Jekk ma japplika ebda ħlas id-dokument jew informazzjoni jingħata fi żmien għaxart ijiem mid-data tan-notifika.  It-talba tiġi kkunsidrata bħala abbandunata mill-applikant jekk il-pagament ma jiġix affettwat fi żmien għoxrin ġurnata xogħol mid-data tan-notifika.


 

 

INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt
Uffiċċju tar-Regolatur
għall-għoti taċ-ċittadinanza għal servizzi eċċezzjonali
It-Tieni Sular, Binja Evans,

Triq il-Merkanti
Valletta​ 

  

IKKUNTATTJANA

 Telefon
+356 25689381​